Bużżieqa tal-awrina dgħajfa u kontroll tal-ippurgar huma ta' tħassib tas-saħħa kbir li jaffettwaw madwar erba' miljun raġel u mara fl-Awstralja ta' kull etá u minn kull sfond.
Il-Continence Foundation of Australia tipprovdi varjetá kbira ta' servizzi biex jgħinu lil nies bi problemi ta' kontroll tal-bużżieqa tal-awrina u l-ippurgar. Problemi komuni jinkludu li tħossok trid tmur it-toilet il-ħin kollu, li tħossok trid tmur it-toilet f'daqqa jew bla kontroll (u ma tasalx fil-ħin), kostipazzjoni, dijarea jew anke tgħaddi gass żejjed.
Jekk inti jew xi ħadd li taf għandu problema ta' kontroll tal-bużżieqa tal-awrina jew tal-ippurgar, huwa importanti li titkellem ma' tabib tas-saħħa. Ħafna drabi dawn il-problemi jistgħu jkunu ittrattati - u f'ħafna każi kkurati.
Għal għajnuna konfidenzjali kkuntattja lin-National Continence Helpline permezz ta' telefonata b'xejn fuq 1800 33 00 66. Il-linja ta' għajnuna titmexxa minn tim ta' infermiera b'esperjenza fil-kontinenza, li jistgħu jipprovdu informazzjoni u pariri lil dawk (jew qegħdin jieħdu ħsieb xi ħadd) bi problemi ta' kontroll tal-bużżieqa tal-awrina u l-ippurgar.
Il-linja ta' għajnuna tista' tipprovdi wkoll riżorsi pprintjati bil-Malti u dettalji ta' servizzi ta' kontinenza lokali li għandhom aċċess għal servizzi ta' interpretu.
Jekk m'intix kunfidenti biex titkellem bl-Ingliż tista' tikkuntattja l-linja ta' għajnuna billi ċċempel it- Translating and Interpreting Service fuq 13 14 50. Jekk jogħġbok innota li n-National Continence Helpline topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00am sat-8.00pm Ħin Standard fil-Lvant tal-Awstralja.
Aktar informazzjoni bil-Malti tinkiseb minn fuq il-websajt tal-Bladder & Bowel.